Home Aħbarijiet Razzett tal-imtieħen tar-riħ f’Montenegro hu l-ewwel proġett internazzjonali tal-Enemalta

Razzett tal-imtieħen tar-riħ f’Montenegro hu l-ewwel proġett internazzjonali tal-Enemalta

minuta qari

23 turbina tar-riħ li mistennija jiġġeneraw mas-46 megawatt f’enerġija nadifa f’Mozura, il-Montenegro, huwa l-ewwel proġett internazzjonali tal-kumpanija Enemalta plc.
Il-kumpanija, flimkien ma’ oħrajn involuti, qed jintensifikaw il-proċess sabiex dar-razzett ta' mtieħen tar-riħ jitlesta fiż-żmien li ġej, u fi stqarrija ntqal li l-Ministru għall-Enerġija, Joe Mizzi, żar il-post flimkien mal-Prim Ministru tal-Montenegro, Milo Đukanović.
Dawn it-turbini mistennija jiġġeneraw bejniethom 100 megawatt-hour fis-sena.
Qed isir ukoll xogħol ta’ installazzjoni ta’ apparat tad-distribuzzjoni tal-elettriku li permezz tiegħu dan l-elettriku se jitwassal fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-Montenegro.    
Iż-żewġ ministri ddiskutew ukoll opportunitajiet ta’ aktar kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija bejn Malta u l-Montenegro.