Home Sport ​Real Madrid juru interess f’Marco Asensi

​Real Madrid juru interess f’Marco Asensi

minuta qari

Skont il-gazzetta Ingliża The Mirror, Arsenal qed juru interess fl-attakkant ta’ Real Madrid Marco Asensio.
Il-plejer jiswa madwar 72 miljun lira sterlina u jidher interessat f’din l-offerta li tieħdu lejn il-Premier League Ingliż illi beda fil-jiem li għaddew.
Erba’ timijiet oħra huma interessati f’dan l-attakkant ta’ 21 sena fosthom Manchester United, ManchesterCity, Liverpool u Barcelona.
Min-naħa tagħhom, Real Madrid ma jridux iħallu lil dan il-plejer jitlaq u għalhekk hemm il-possibilta’ li joffrulu kuntratt aħjar.