Home Lifestyle Ritratti: Jiċċelebra għeluq snin il-kelba tiegħu ma’ sħabu tal-iskola

Ritratti: Jiċċelebra għeluq snin il-kelba tiegħu ma’ sħabu tal-iskola

minuta qari

Ilbieraħ kienet ġurnata speċjali għal Stella, li ċċelebrat għeluq snina ma’ sidha John Gatt u sħabu tal-iskola.
Is-surmast tal-iskola The Happy School, fil-Victoria Għawdex, Lelio Spiteri, ħareġ b’din l-inizjattiva li tħeġġeġ lill-istudenti biex jieħdu l-annimali domestiċi tagħhom, bħall-kelba Stella, magħhom l-iskola meta jagħlqu sninhom.
L-għan tal-inizjattiva, skont is-surmast, hija li t-tfal jitgħallmu jħobbu u jirrispettaw lill-annimali minn età ckejkna, u jibdew jagħrfu minn kmieni li huma ħbieb tal-bnedmin.
John kien l-ewwel student li ħa l-kelba tiegħu l-iskola f’għeluq l-ewwel sena tagħha.
Ritratti: Lelio Spiteri, Orietta Gatt