Ritratti: L-orfni li ħallew warajhom l-ISIS

minuta qari

Suldati tal-armata Iraqqina għaddejin bi tfittxija fit-terrapien tal-belt l-antika ta’ Mosul, bit-tama li jsibu nies li salvaw wara t-tmexxija ta’ terrur mill-Istat Iżlamiku.
Waqt it-tfittxija, is-suldati sabu żewġt itfal jitkaxkru fost it-terrapien – wieħed minnhom jiekol bċejjeċ tal-laħam nej, biex jipprova jżomm ħaj.
Tifla, li ingħatat l-isem Amina, instabet mis-suldati wara li semgħuha tibki minn taħt it-tifrik.
It-tifla qaltilhom li ommha u missierha kienu martri għax probabbli nqatlu f’attakk suwiċida.
Ir-ritratti juru li filwaqt li Mosul hi meħlusa mit-tmexxija tal-ISIS, il-feriti se jibqgħu għal dejjem f’belt li tfarrket mill-ideoloġija ta’ terrur.