Home Lifestyle Ritratti: U l-Prinċep George jmur l-iskola!

Ritratti: U l-Prinċep George jmur l-iskola!

minuta qari

Ħafna huma dawk il-ġenituri li jieħdu l-okkażjoni u jieħdu ritratt ta’ uliedhom fl-ewwel jum tagħhom ġewwa l-iskola bħala tifkira.
Hekk għamlet ukoll id-Dukessa ta’ Cambridge, billi fl-ewwel jum ta’ Prinċep George ġewwa n-nursery ħadet żewġ ritratti tiegħu. Fihom jidher preparat bil-basket fuq dahru għall-ewwel esperjenza tiegħu bħala student.
Il-Prinċep George, li għandu sentejn, qed jattendi l-iskola ta’ Westacre Montessori f’Norfolk. In-nursery tinsab qrib Anmer Hall, ir-residenza tad-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge.
It-tifel, li mit-tieni ritratt jidher entużjast b’dak li qed jara, se jattendi n-nursery waqt li l-koppja qed toqgħod fir-residenza tagħha f’Norfolk.
Missieru, il-Prinċep William, kien l-ewwel persuna rjali li beda l-edukazzjoni tiegħu f’nursery minflok f’palazz.