Home Kummerċ Roħs fuq il-biljetti tal-Emirates

Roħs fuq il-biljetti tal-Emirates

2 minuti qari

Bħala ċelebrazzjoni tal-kunsinna tal-ajruplan A380 lill-Emirates, il-100 wieħed ta’ dan it-tip, il-linja tal-ajru qed toffri nollijiet speċjali għal vjaġġaturi minn Malta għal Dubaj u lil hinn.
Bejn it-12 u l-21 ta’ Settembru, il-klijenti minn Malta jistgħu jgawdu min-nollijiet bir-ritorn għall-Klassi tal-Ekonomija, inklużi t-taxxi, li jibdew minn €657 għal Dubaj, €672 lejn Akkra, €750 lejn Bangkok;  €771 lejn Cape Town, €894 lejn Kolombo, €826 lejn Ħong Kong, €715 lejn Kuala Lumpur, €884 lejn Malé u lejn Manila, €752 lejn Shangaj u €993 lejn Jangun (Myanmar). 
L-offerta speċjali hi estiża fuq titjiriet fil-Klassi tan-Negozju u fuq bażi ta’ żewġ persuni jivvjaġġaw flimkien.
In-nollijiet lejn dawn id-destinazzjonijiet huma validi għat-tluq bejn il-15 ta’ Settembru u s-7 ta’ Diċembru 2017. Id-dati ta’ tluq li jkunu l-Ġimgħa u s-Sibt ikollhom suppliment ta’ €20 fuq il-prezz.
Minbarra l-offerta speċjali għall-kwalità ta’ klassi dinjija, il-passiġġieri jistgħu jesperjenzaw l-ospitalita’ ta’ ekwipaġġ internazzjonali, inklużi Maltin, ikel gourmet u joffri ‘l fuq minn 2,500 kanal ta’ divertiment on-demand fuq sistema magħrufa bħala ice, li rebħet bosta unuri. L-istazzjonijiet jinkludu l-aktar films riċenti, mużika u logħob diġitali.
Wieħed jista’ jibbukkja dirett mill-Uffiċju tal-Emirates fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (fis-Sala tat-Tluq), fuq in-numru tat-telefon 2557 7255 jew mis-sit: www.emirates.com/mt.