Home Lifestyle Mużika Ronnie Wood jgħidilhom ‘saħħa’ wara li żamm l-aħbar kerha għalih

Ronnie Wood jgħidilhom ‘saħħa’ wara li żamm l-aħbar kerha għalih

minuta qari

Il-kitarist ta’ The Rolling Stones Ronnie Wood żvela li għandu kanċer fil-pulmun u qal li qed jipprepara biex jgħid saħħa lil familtu u lis-segwaċi tiegħu. Huwa ħabbar dan ftit qabel ma daħal għall-operazzjoni.
Il-missier ta’ sitt itfal sar jaf bil-kanċer tliet xhur ilu. F’intervista li ta, Ronnie Wood qal li dan kien l-aktar perjodu ta’ dwejjaq f’ħajtu.
Ronnie Wood qal li ma kienx sorpriż meta ngħata l-aħbar għax kien ilu ma jagħmel x-ray. Spjega li malli t-tobba staqsewh xi jrid jagħmel qal li qalilhom biex ineħħulu l-kanċer.
Stqarr li għalkemm kien preparat għall-aħbar ħażina huwa kellu fidi qawwija li kollox kien se jkun tajjeb.
Spjega li ddeċieda li ma jiħux it-terapija tal-kimo minħabba li ma jridx li jitlef xagħru li għalih huwa ikona.