Home Aħbarijiet Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien

Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien

minuta qari

Sajjetta kkawżat nirien wara li laqtet iż-żona magħrufa l-Għerien viċin Wied iż-Żurrieq.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-każ seħħ kmieni dalgħodu.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.
Jidher li ma kien hemm l-ebda residenzi nvoluti u kull ma qabad kien ħaxix u siġar.