Home Aħbarijiet ​Se jsiru testijiet dwar l-iskart tal-Wasteserv f’Wied il-Għajn

​Se jsiru testijiet dwar l-iskart tal-Wasteserv f’Wied il-Għajn

minuta qari

Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera qal li qed isiru testijiet sabiex jiġi determinat jekk l-iskart li hemm il-Wasteserv f’Wied il-Għajn huwiex tossiku jew le.
F’risposta parlamentari li ta lid-deputat Nazzjonalista Mario Galea, il-Ministru Herrera qal li l-materjal qed jiġi ppakkjat f’dawk li jissejħu sealed jumbo bags apposta, bil-għan li jiġu esportati barra minn Malta.