Home Aħbarijiet Internazzjonali Se tfaqqa’ dan il-weekend?

Se tfaqqa’ dan il-weekend?

2 minuti qari

Ħafna qed jibżgħu li se tfaqqa’ ġlieda dan il-weekend hekk kif il-Korea ta’ Fuq ħabbret li f'dawn il-jumejn se tispara missila ballistika oħra.
Hekk kif aktar ma jmur aktar qed jiżdied il-periklu u t-tenzjoni bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti minħabba l-missili nukleari, il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un ħabbar li dan il-weekend il-pajjiż se jispara missila ballistika oħrab iex ifakkar il-mewt ta’ missieru Kim Jong-il.
Missier id-ditattur miet sitt snin ilu u bħal kull sena l-mewt tiegħu se tkun imfakkra b’diversi wirjiet pubbliċi.
Madanakollu diversi esperti qalu li din is-sena Pyongyang mistenni jfakkar il-mewt tal-eks mexxej tagħha permezz tas-17-il prova tal-missila ballistika tagħha għal din is-sena.
Il-Korea ta’ Fuq ilha mill-2011, preċiżament mill-mewt ta’ Kim Jong-il, taħdem biex tipprova tavvanza fl-armi nukleari tant li ġabet lid-dinja f’tarf ir-riskju kbir tat-Tielet Gwerra Dinjija.
Din is-sena Pyongyang sparat 23 missila f’16-il prova flimkien ma’ prova oħra f’Settembru li għadda, fejn minkejja s-sanzjonijiet min-Nazzjonijiet Maqgħuda u theddid mill-President Amerikan Donald Trump.
Fit-3 ta’ Settembru il-Korea ta’ Fuq pruvat l-aktar bomba nukleari b’saħħitha li għandha u pruvat taħbi dan bi stqarrija fejn qalet li kienet qed tipprova bomba tal-idroġenu.
Sadanittant l-organizzazzjoni tal-Kampanja Internazzjonali għall-Projbizzjoni ta’ Armi Nukleari (Ican) qalet li t-Tielet Gwerra Dinjija tinsab wara l-bieb.
Waqt li kienet qed tingħata l-Premju Nobel għal Paċi d-direttur tal-Ican Beatrice Fihn qalet li l-mewt ta’ miljuni ta’ persuni tinsab wara l-bieb u kedda biss `il bogħod.