Home Lifestyle Sesame Street jintroduċi pupazza bl-awtiżmu

Sesame Street jintroduċi pupazza bl-awtiżmu

minuta qari

Sesame Street se jintroduċi lill-pupazza l-ġdida Julia li tbati bl-awtiżmu.
Julia, li se tkun qed tingħaqad mal-kumplament tal-klikka, se sservi bħala mudell għal kull min ibati b’din il-kundizzjoni hekk kif se jinkixef il-potenzjal ta’ dan il-karattru.
F’waħda mix-xeni, Julia, flimkien ma’ Oscar, Abby u Grover, se jkunu qed jilagħbu logħba biex jidentifikaw forom bħal ċrieki, kaxex u trijanglu fejn hemmhekk, se jinkixfu l-kapaċitajiet ta' Julia biex tidentifikahom.
Sesame Street ra l-bidu tiegħu fl-1969 bħala esperiment biex jeduka lis-segwaċi ż-żgħar.