€11-il miljun fi proġetti ta’ V18

minuta qari

Kważi €11-il miljun  ntefqu fi proġetti relatatti ma’ V18.
Dan qalu l-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Claudio Grech.
Dr Bonnici spjega li minn nefqa ta' €10,748,056 , €1,301,548 intefqu fuq proġetti ta’ infrastruttura tal-Belt Valletta.
Proġetti li benefikaw minn dawn il-flus kienu restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti, f’Palazzo Castelleria, il-proġett Muża, restawt tal-Palazz Ferreria, Notte Bianca, the Pageant of the Seas, Malta Fashion Week, Malta Design Week, Strada Stretta Events u The Valletta Film Festival.
Żied jgħid li se jsir xogħol ta’ tisbieħ għall-Belt Valletta b’valur ta’ €19,194,911, li €17,293,244 ġejjin minn fondi Ewropej.