​Steve D’Amato lura fuq il-bank ta’ Hamrun Spartans

minuta qari

Hamrun Spartans għadhom kemm ħabbru li Steve D’Amato rritorna magħhom fuq il-bank, bil-kariga ta’ kowċ.
Huwa ffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Hamrun Spartans li se jkunu fit-tieni diviżjoni fl-istaġun li jmiss.
D’Amato fil-passat kien diġa kowċ ma’ Hamrun Spartans fil-kampjonat premier bejn l-2008 u l-2011.
Steve D’Amato kien direttur sportiv ta’ Qormi mal-kowċ Stephen Azzopardi fl-2011, kowċ ma’ Mosta bejn Novembri tal-2011 u Frar tal-2013 u fl-istaġun li għadda kien kowċ ma’ Rabat Ajax.