Home Aħbarijiet Internazzjonali Steven Seagal akkużat b’fastidju sesswali

Steven Seagal akkużat b’fastidju sesswali

2 minuti qari

Steven Seagal, magħruf għas-serje televiżivi tiegħu fit-Tmeninijiet u d-Disgħinijiet, ġie akkużat mill-attriċi Portia de Rossi b’fastidju sesswali.
L-allegazzjoni l-attriċi għamlitha bi tweet, meta kitbet li waqt prova għal film, Seagal għalaq il-kamra u qalilha li hu importanti li jkun hemm ftehim u qbil bejniethom biex ix-xogħol isir seww.
Kien f’dal-ħin li l-attur, li għandu 65 sena, niżżel iż-żipp tal-qalziet.

https://platform.twitter.com/widgets.js

De Rossi qalet li dak il-ħin ħarbet mill-kamra, u xħin iltaqgħet mal-aġent tagħha u qaltilha b’kollox, din ma tantx dehret li ħaditha bi kbira, anzi kkummentat li setgħet tobsor li mhuwiex it-tip tagħha.
Hi la speċifikat meta dan seħħ, u lanqas għal liema film kienet il-prova.
Sadanittant, il-maniġer ta’ Seagal qal li l-attur m’għandu xejn xi jgħid.
Fil-passat nisa oħra għamlu akkużi simili lil Seagal, fosthom l-attriċi Julianna Margulies u l-mudella Jenny McCarthy.
Seagal għandu ċittadinanza tirppla, Amerikana, Russa u Serba, u magħruf li hu ħabib tal-President Russu, Vladimir Putin, u l-aktar minħabba l-interess komuni tagħhom fl-arti marzjali.