Home Kummerċ Teknoloġija Student Malti jniedi app għall-vittmi tal-vjolenza domestika

Student Malti jniedi app għall-vittmi tal-vjolenza domestika

minuta qari

Student tal-MCAST nieda d-Domestic Violence Application li nħadmet minnu stess.
It-tnedija ta’ din l-app saret bħala parti mill-kampanja tal-MCAST dwar għarfien fuq il-vjolenza domestika li qed issir matul ix-xhur ta’  Novembru u Diċembru.
L-għan tagħha hu li tgħarraf lill-istudenti u jgħarfu t-tipi differenti ta’ vjolenza domestika
Il-kampanja għandha wkoll l-għan li tgħarraf lil dak li jkun dwar kif jista’ jfittex l-għajnuna.
Robert Cassar Pace bena din l-app li l-kontenut tagħha inħadem flimkien maħdum mal-istudenti tal-Health and Social Care mill-Institute of Community Services.
Mal-app inħoloq ukoll sit elettroniku biex tintlaħaq udjenza akbar.
Il-kampanja kienet tinkludi wkoll studenti mill-Applied Sciences Institute li ġabru u taw rigali lil tfal li kienu vittmi ta’ vjolenza domestika u li llum-il ġurnata qed isibu l-kenn fid-djar tal-Knisja.