Home Aħbarijiet Studenti jaqsmu d-diffikultajiet tal-Erasmus+ fil-PE

Studenti jaqsmu d-diffikultajiet tal-Erasmus+ fil-PE

minuta qari

12-il student parteċipant tal-programm Erasmus+ kellhom l-opportunità li jħallu mafkar tal-esperjenza tagħhom fil-kaxxa tal-memorji Erasmus+. Din il-kaxxa se tinfetaħ 10 snin oħra fl-okkażjoni tal-40 sena mit-twaqqif tal-programm.
Il-programm Erasmus+ qiegħed jitqies bħala wieħed li jista’ jwassal għal Ewropa iktar b’saħħitha permezz taż-żgħażagħ u studenti. Minħabba f’hekk, Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech qal li hemm bżonn li jinstabu soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jaffaċċjaw dawn l-istudenti meta jiġu biex jattendu għal xi programm tal-Erasmus+.
Waqt laqgħa ma’ Zammit Dimech fil-Parlament Ewropew, it12-il student tkellmu dwar problemi meta ġew biex isibu post fejn jgħixu, in-nuqqas ta’ komunikazzjoni f’waqta bejn l-istudenti u l-istituzzjonijiet, kif ukoll fil-burokrazija fl-istadju tal-applikazzjonijiet.
L-istudenti mill-oqsma tan-nursing, antropoloġija, filosofija, liġi, xogħol soċjali, komunikazzjoni, saħħa, kura soċjali u inġinerijakienu parteċipanti fil-programm tal-Erasmus+ madwar l-Ewropa kollha inkluż fil-Bulgarija, Finlandja, Portugall, Polonja, Italja, Franza u r-Renju Unit.