Home Aħbarijiet Internazzjonali Studenti jmutu maqbuda f’dormitorju li ħa n-nar

Studenti jmutu maqbuda f’dormitorju li ħa n-nar

minuta qari

Minn tal-inqas 24 student u anke għalliema tilfu ħajjithom wara nirien fi skola reliġjuża fil-Kapitali tal-Malasja, Kuala Lumpur.
Meta l-iskola ħadet in-nar, kmieni l-Ħamis filgħodu, l-istudenti nqabdu fid-dormitorju fejn it-twieqi huma mbarrati b’vireg tal-ħadid.
Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Khirudin Drahman, iddeskriva l-inċident ma’ AFP bħala2 l-agħar diżastru tan-nar li ra l-pajjiż fl-aħħar 20 sena.”
Jidher li minn dawk li mietu, 22 kienu studenti subien li għandhom bejn 13 u s-17-il sena. It-tnejn l-oħra kienu għalliema.
Filmati u ritratti li qed iduru fuq il-midja soċjali u li qed jakkumpanjaw rapporti, juru s-sular ta’ fuq tal-iskola meqrud għal kollox.