Home Sport Sturaro kien ser jinbiegħ

Sturaro kien ser jinbiegħ

minuta qari

Wara li akkwistaw lil Benedikt Howedes, Juventus kienu lesti jbigħu lil Stefano Sturaro.
Genoa u Atalanta kienu lesti jakkwistaw lil plejer ta’ 24 sena illi kellu sehem fil-kampjonat mirbuħ minn Juventus.
Minkejja kollox, l-ebda trasferiment ma seħħ sabiex Sturaro baqa’ plejer Bianconero u skont ma qal hu, lest jaqdi dmiru meta jingħata ċ-ċans.
Sturaro ilu ma’ Juventus sa mis-sena 2014 u lagħab 53 partita bil-flokk iswed u abjad fejn skorja 2 gowls.