Aġġornata: Raġel bi ġrieħi gravi wara li pprova jrażżan nirien

minuta qari

Raġel li pprova jitfi n-nirien minn karozza li ħadet in-nar fi Triq il-Fatati l-Ħamrun fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu sofra ħruq estensiv f’idejh, u ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Ir-raġel għandu 30 sena u joqgħod Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30am, xħin il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm vettura qed tinħaraq fl-akkwati msemmija.
Il-Pulizija ppruvaw jitfu n-nirien fil-fire extinguishers tagħhom, iżda meta ma rnexxilhomx irażżnuh issejħu tal-Protezzjoni Ċivili.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li r-raġel li sofra ħruq f’idejh prova jitfi n-nirien li kienu għadhom qed jaqbdu b’ġakketta, iżda ma rnexxilux irażżanhom.
Jidher li ma kien hemm ħadd fil-vettura waqt il-mument tal-ħruq, kif ukoll ebda vettura oħra ma ġarrbet ħsarat tort tal-ħruq.
Sadanittant, se tinfetaħ inkjesta sabiex jiġi indagat it-tqabbid tal-karozza kienx inenzjonat jew le.