Home Aħbarijiet Terapija bil-fniek f’Ta Qali

Terapija bil-fniek f’Ta Qali

minuta qari

Il-Petting Farm f’Ta’ Qali se tkun qed takkomoda tfal u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali bl-għajnuna tal-fniek.
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri spjega li l-pet therapy hi magħrufa sew barra minn Malta u li l-Klabb Malti tal-Fniek (MRC) se jkun qed jikkontribwixxi għall-espansjoni ta’ din it-terapija ġewwa Malta.
Is-Segretarju Parlamentari qal li jinsab kommess li jgħin lil dan il-klabb u oħrajn bħalu, fl-espansjoni ta’ din it-terapija importanti, kif ukoll sabiex ikomplu jissaħħu fis-settur tal-kura tal-annimali u jwasslu aktar tagħrif lill-pubbliku dwar l-importanza tal-annimali.
Fid-diskors tiegħu Camilleri wera l-apprezzament tas-Segretarjat tiegħu għax-xogħol tal-MRC fl-amministrazzjoni tar-Rabbit Zoo fejn joffru servizzi veterinarji, ta’ grooming u ta’ pet-sitting.
Camilleri spjega li dan il-klabb huwa parti mid-Direttorat tal-Animal Welfare, fejn jieħu ħsieb jiġbor fniek li huma rraportati li jinsabu fit-toroq jew f’għelieqi abbandunati.
Ritratti: MESDC