Home Aħbarijiet Internazzjonali Tfal imutu fi sptar minħabba nuqqas ta’ ossiġnu

Tfal imutu fi sptar minħabba nuqqas ta’ ossiġnu

minuta qari

Minn tal-inqas 60 tifel u tifla mietu waqt li kienu qed jiġu rikoverati fi sptar pubbliku fl-Indja.
Fl-isptar fid-distrett ta’ Gorakhput, it-tfal mietu minħabba nuqqas ta’ ossiġnu.
Qed jiġi rrapportat li l-provvista tal-ossiġnu twaqqfet mill-persuna li kienet tipprovdih lill-isptar minħabba kontijiet pendenti.
Uffiċjali Indjani qalu li hekk kif spiċċat il-provista tal-ossiġnu, it-tmexxija tal-isptar tkellmet ma’ min jagħtihom l-ossiġnu u l-provvista reġgħet ingħatat.
Min-naħa tiegħu l-Gvern Indjan ċaħad li l-imwiet kienu kawża ta’ interruzzjoni fil-provvista tal-osiġnu.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.