Home Sport Tfal Maltin jirħbu kampjonat tal-futbol fid-Danimarka

Tfal Maltin jirħbu kampjonat tal-futbol fid-Danimarka

minuta qari

Tim tal-futbol mill-Pietà Hotspurs FC Nursery rebaħ kampjonat kontra 60 tim fid-Danimarka.
It-tim rebbieħ li kien immexxi minn Michael Farrugia u Frankie Ciantar iltaqa’ mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz ta’ San Anton wara s-suċċess tiegħu.
B’kollox ħadu sehem tliet timijiet mill-klabb tal-Pietà fill-kategorija ta’ taħt id-disa’ snin b’total ta’ 21 plejer. It-tim rebbieħ rebaħ l-aħħar logħba bl-iskor ta’ 2-0.