Home Lifestyle Mużika Filmat: Tirbaħ għat-tieni darba f’Monreale Palermo

Filmat: Tirbaħ għat-tieni darba f’Monreale Palermo

minuta qari

Rihanna Marie Caruana, tifla ta' disa’ snin mill-Mosta rebħet għat-tieni sena konsekkuttiva l-festival popolari Oltre Oceano li sar fil-5 ta' Awwissu f’Monreale Palermo.
Rihanna Marie kkompetiet flimkien mas-sitt żeffiena tagħha mill-iskola taż-żfin Shake Dancers, bil-kanzunetta popolari tal-kantanta Lorella Cuccarini "La Notte Vola", u li kienet mgħallma taħt is-superviżjoni  ta’ Ritienne Azzopardi u Maestro Joseph Chircop, diretturi tal-iskola tal-kant Harmonic Ensemble Voice and Music Accademy.
Waqt li s-sena l-oħra Rihanna Marie kkompetiet fis-sezzjoni Baby, din s-sena għaddiet għas-sezzjoni Junior, il-kategorija ta' bejn id-disa' u l-erbatax-il sena.  Il-ġurija kienet magħmula minn diretturi u produtturi famużi, fosthom mill-Mediaset u Rai.