Titwaqqaf EVVIVA – għaqda ġdida għall-persuni b’diżabilità

minuta qari

Illum, fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta ġiet inawgurata l-għaqda EVVIVA.
Din hija għaqda ġdida għall-persuni b’diżabilità li fiha tiġbor diversi għaqdiet oħra, fosthom Amputees for Amputees, Breaking limits, Malta Muscular Dystrophy AssociationMultiple Sclerosis SocietyMalta Deaf Association, Gozo Aid for the Visually Impaired u Grupp Flimkien Naslu (Malta).
Il-President tal-Għaqda, Michael Debattista fisser kif fl-għaqda hemm is-saħħa u kien għalhekk li dawn l-għaqdiet issieħbu flimkien biex ikollhom leħen aktar b’saħħtu biex jippromwovu d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u jegħlbu l-ostakoli.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana faħħret din l-inizjattiva li ddeskriviet bħala riflessjoni ħajja tal-politika nazzjonali tal-persuni b’diżabilità li saret mill-persuni b’diżabilità stess.