Tkompli l-ħidma għal aktar aċċess onlajn għal persuni b’diżabilità

minuta qari

Il-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija u l-Informatika (FITA) ħabbret li qed tiffinalizza xogħol li qed isir fuq pjattaforma onlajn bl-isem ta’ SPOT.
Waqt żjara fl-uffiċini l-ġodda tal-FITA mis-Segretarji Parlamentari Silvio Schembri u Anthony Agius Decelis kelliem għal kumpanija qal li l-proġett SPOT għandu l-għan li jipprovdi aċċess għal servizzi onlajn lil persuni b’diżabbiltà u li permezz ta’ SPOT kull min għandu bżonn dawn is- servizzi se jkun jaf fejn għandu jfittex.
FITA hi responsabbli li tara li jkun hemm aċċessibilità għal servizzi u inizjattivi marbuta mal-ICT madwar pajjiżna.
Dan qed iseħħ permezz ta’ servizzi onlajn b’kollaborazzjoni ma’ msieħba kif ukoll permezz ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ.
Ritratt: DOI – Francis Micallef