​Tkompli s-saga Diego Costa

minuta qari

Jidher illi s-saga tas-sajf marbuta mal-internazzjonali Spanjol Diego Costa mhux se jkollha tmiem hekk kif delegazzjoni tal-klabb Spanjol Atletico Madrid tinsab Londra sabiex jiġi stabbilit ftehim għall-akkwist ta’ dan il-plejer.
It-tim Spanjol ma jistax jakkwista plejers qabel Jannar iżda se jagħmel minn kollox sabiex jasal għall-ftehim illum qabel għada. Id-diriġenti ta’ Atletico Madrid mistennija jtellgħu l-offerta tagħhom għal €35 miljun sabiex Chelsea jikkunsidraw li jirrilaxxaw lill-plejer.
Costa għamel sajf sħiħ il-Brażil fejn ma pparteċipax fil-preseason tal-klabb tiegħu minħabba diżgwid mal-kowċ Antonio Conte.