Home Aħbarijiet Ħabta fatali Xemxija: Tmut l-anzjana fl-ambulanza

Ħabta fatali Xemxija: Tmut l-anzjana fl-ambulanza

minuta qari

Tilfet ħajjitha l-anzjana ta' 89 sena li kienet fl-ambulanza li ħabtet ma' karozza fit-Telgħa ta' Selmun fix-Xemxija għall-ħabta tas-1:20 tal-bieraħ filgħodu.
F'dan l-inċident, żagħżugħ ta' 29 sena tilef ħajtu fuq il-post.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, l-ambulanza kienet qed twassal l-anzjana minn Mater Dei għar-residenza fil-Mellieħa.
Wara l-inċident, l-anzjana ttieħdet Mater Dei fejn kienet qed tingħata l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Intant iż-żgħażugħ kien passiġġier fil-karozza ma' tnejn oħra, Ingliż Ingliż u Malti joqgħod il-Fgura li weġġgħu gravi.
Dan kien wieħed minn għadd ta' inċidenti li seħħew ilbieraħ u li ħallew żewġ persuni oħra mejta.