Home Aħbarijiet Triq Aldo Moro se tingħalaq matul il-lejl

Triq Aldo Moro se tingħalaq matul il-lejl

minuta qari

Transport Malta avżat li matul tan il-lejl se tingħalaq għal xi ħin Triq Aldo Moro sabiex jitneħħew strutturi bejn Ħal Far u l-Imrieħel bi preparamenti għall-ġarr tal-pont tal-Imrieħel.
Fi stqarrija TM spjegat li Triq Aldo Moro se tingħalaq bejn is-2am u l-5am.
Qalet li l-karozzi se jgħaddu minn Triq Trou Bridge u Triq Prinċep Albertu.
Temmet tgħid li l-ġarr u t-tqegħid tal-pont se jsiru fil-ġranet li ġejjin.
Hija skużat ruħha għal kull inkonvenjenza.