Home Kummerċ Teknoloġija Titħabbar logħba ġdida ta’ Harry Potter

Titħabbar logħba ġdida ta’ Harry Potter

minuta qari

Harry Potter se jimxi fil-passi ta’ Pokémon
Dan hekk kif il-kumpanija Warner. Bros Interactive Entertainment ħabbret li se toħroġ logħba ġdida bl-isem Harru Potter: Wizards Unite.
Ispirata mill-awtriċi J.K. Rowling stess, il-logħba se tkun simili ħafna għal dik ta’ Pokèmon Go, fejn kull min jilgħab se jkun jista’ juża teknoloġija ta’ augmented reality fil-mowbajl biex ikun jista’ jesperjenza d-dinja tal-maġija li wieħed isib fil-kotba ta’ ‘Harry Potter’.
B’hekk wieħed ikun jista’ jara d-dinja reali mil-lenti tad-dinja tal-maġija.  
Il-logħba tħeġġeġ lil dawk li jilagħbuha biex joħorġu barra bil-mowbajls u jesploraw il-lokalitajiet u l-akwati tal-madwar f’serje t’avventuri, ifittxu kreaturi ‘maġiċi’ u jiltaqgħu ma karattri ikoniċi mid-dinja ta’ Harry Potter.
Warner Bros. Ikkonfermaw li din il-logħba waslet fil-fażi finali tal-iżvilupp tagħhha u li mistennija tkun lesta s-sena d-dieħla.