Home Aħbarijiet Turist ħati li seraq żewġ mowbajls

Turist ħati li seraq żewġ mowbajls

minuta qari

Franċiż ta’ 20 sena ngħata 14-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn meta ammetta li seraq żewġ mowbajls fi stabbiliment f’Paceville.
Huwa kien akkużat li seraq żewġ mowbajls lil żewġ nisa. Filwaqt li wieħed minnhom instab fuqu l-ieħor baqa’ ma nstabx.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Aaron Farrugia, semgħet kif iż-żagħżugħ, ġie Malta għal vaganza.
Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni qalet li l-pick-pocketing qed jiżdied u talbet il-Qorti biex tibgħat messaġġ ċar kontra dan is-serq.
Il-Maġisrat ordna lir-raġel biex iħallas €800 għall-mowbajl li seraq.