Home Lifestyle Primark ġej Malta?

Primark ġej Malta?

minuta qari

Ħafna nies qed jaħsbu li l-ħanut Ingliż tant popolari magħna l-Maltin Primark issa ġej Malta.
Ritratti li qed jiċċirkulaw fuq il-midja soċjali juru stabbiliment f'Tal-Barrani b'sinjal 'Bringing Primark to Malta'. Dan wassal biex ħafna ħasbu li wara stennija twila dan l-istabbiliment se jiftaħ f'Malta.
Pero sfortunatament dan mhux minnu.
Qarrejja ta' Newsbook.com.mt ikkonfermaw li l-istabbiliment li hemm fir-ritratti kien fetaħ madwar sena ilu u kien ibiegħ ħwejjeġ u prodotti impurtati mill-Ingilterra simili għal dawk ta' Primark, pero dan għalaq wars ftit xhur.
Jidher li l-istabbiliment tant maħbub u popolari mal-Maltin li jmorru l-Ingilterra mhux se jersaq lejn xtutna għalissa.
Ritratti: Christine Xuereb