Home Kummerċ Vodafone Malta tibgħat messaġġ qawwi favur l-inklużjoni

Vodafone Malta tibgħat messaġġ qawwi favur l-inklużjoni

minuta qari

Vodafone Malta qed tappoġġja l-Malta Pride 2017, mossa li tirrifletti l-kultura t’inklużjoni li l-kumpanija tħaddan fil-qofol tagħha.
Il-kumpanija qed tfittex għadd ta’ kandidati diversi li kapaċi jpoġġu enfasi fuq il-klijent u li għandhom ħiliet diġitali, kif ukoll ir-rieda li jitgħallmu u jitjiebu b’mod kontinwu.
Vodafone temmen bi sħieħ li jekk hija tkun kumpanija diversa u inklużiva, ser tkun f’pożizzjoni li żżomm u tattira l-aqwa talent lejn Vodafone, kif ukoll tagħmel l-aqwa għażliet għall-konsumatur.
Fil-qofol tal-kumpanija, li topera politika ta’ tolleranza żero lejn id-diskriminazzjoni, hemm it-twemmin li impjegati li huma stmati għad-diversità li jġibu fuq il-post tax-xogħol, jistgħu tassew ikunu huma nfushom u b’hekk jirnexxu.
Il-kap eżekuttiv ta’ Vodafone Malta, Amanda Nelson, sostniet li l-fatt li wieħed joffri opportunitajiet indaqs u inklussivi lil persuni LGBT ma kienx biss wieħed moralment korrett, iżda kien ukoll jagħmel sens minn aspett ta’ negozju.
Ingħaqad ma’ Vodafone u żur is-sit għal aktar tagħrif fuq kif tibni karriera ma’ Vodafone.