Home Aħbarijiet Internazzjonali ​WiFi4EU: Skema ġdida tal-Unjoni għal aċċess għall-internet b’xejn

​WiFi4EU: Skema ġdida tal-Unjoni għal aċċess għall-internet b’xejn

2 minuti qari

Dalwaqt tidħol fis-seħħ skema finanzjarja għal punti ta’ aċċess għal wifi lokali fl-Unjoni Ewropea, mingħajr ħlas u mingħajr kundizzjonijiet diskriminatorji.
Il-fondi se jintużaw “b’mod bilanċjat ġeografikament” f’aktar minn 6,000 komunità madwar l-Istati Membri abbażi ta’ “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” biex jiġu finanzjati konnessjonijiet ta’ wifi b’xejn f’ċentri ta’ ħajja pubblika, inklużi spazji fil-miftuħ li huma aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali (libreriji, amministrazzjonijiet pubbliċi, sptarijiet eċċ.).
Eliġibbiltà u kundizzjonijiet
Sabiex ikunu eliġibbli, l-korpi pubbliċi għandhom ikopru l-ispejjeż operattivi għal mill-inqas tliet snin u joffru konnettività b’xejn, faċli li taċċessaha u sikura lill-utenti. Barra minn hekk, il-fondi tal-UE jistgħu jintużaw biss jekk jiġu esklużi reklamar kummerċjali jew l-użu ta’ data personali għal finijiet kummerċjali. Proġetti li jiddupplikaw offerti simili mingħajr ħlas kemm dawk pubbliċi kif ukoll privati fl-istess żona huma esklużi minn dan l-appoġġ finanzjarju.
L-aċċess għandu jiġu pprovdut fil-lingwi rilevanti tal-Istati Membri u, jekk ikun possibbli, f’lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea.
Carlos Zorrinho (S&D, PT), rapporteur qal: “L-inizjattiva WIFI4EU hija viżjoni politika b’saħħitha li daqt se ssir realtà konkreta madwar l-Unjoni, li tassigura li, irrispettivament fejn jgħix jew kemm jaqla’ paga, kull ċittadin Ewropew jibbenefika minn konnettività tal-WIFI ta’ kwalità għolja. Din se ttejjeb lil European Gigabit Society, b’hekk tagħmilha aktar kompetittiva ekonomikament u inklussiva soċjalment”.
Ir-riżoluzzjoni ġiet approvata bi 582 vot favur, 98 kontra u żewġ astensjonijiet.