Wirja Ġorġjana li tmur lura sas-Seklu 19

minuta qari

Il-Pjazza ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex qed tilqa’ wirja b’għadd ta’ xogħlijiet fl-injam li jirrappreżentaw lil San Ġorġ.
Il-kollezzjoni bit-tema ta’ San Ġorġ tinkludi statwetti mill-Bavarja u l-Awstrija, minquxa bl-idejn minn snin reċenti sa kmieni fis-seklu 19.  Waħda minnhom  hi xogħol tal-magħruf  Zwink  f’Oberammergau. Il-wirja tinkludi ukoll sett ta’ fliexken impittra bl-ikoni mill-Balkani.
Il-wirja li hija bla ħlas qed issir f'Tal-Ħaġar u għandha miftuħa sa Settembru.
Hija se tkun miftuħa kuljum bejn id-9am u l-5pm.