Home Lifestyle ​X’għandek tagħmel qabel tinżel tgħum?

​X’għandek tagħmel qabel tinżel tgħum?

minuta qari

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tfakkar lill-għawwiema Maltin u turisti, biex qabel jinżlu jgħumu jagħtu każ il-bnadar ta’ twissija u jirrispettawhom.
Fi stqarrija, l-MTA qalet li l-bnadar ta’ twissija jittellgħu sabiex jiġu mħarsa r-regolamenti u b’hekk jiġu evitati diżgrazzji.
Spjegat li dawn għandhom iservu ta’ indikazzjoni dwar il-livell ta’ periklu li jista’ jkun hemm f’dik il-bajja partikolari.
L-MTA enfasizzat li f’każ li jittellgħu żewġ bnadar ħomor, wieħed dejjem għandu jevita li jinżel jgħum. Saħqet li minkejja t-twissijiet, xorta mhux qed jiġu imħarsa. 
Tista' tara xi jfissru l-bnadar hawn taħt.