Home Lifestyle Moda X’se tilbes illejla mart Adrian Delia?

X’se tilbes illejla mart Adrian Delia?

minuta qari

Eleganti, simpatika, iżżomm ruħha, ma tistax ma tinnutahiex: Dr Nickie Vella De Fremeaux – il-mara ta’ Dr Adrian Delia, il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, mil-lejla Kap tal-Oppożizzjoni wkoll.
Minkejja li hija omm ta’ ħamest itfal, baqgħet b’figura pulita, tant fi kliem ħafna, “tilbes x’tilbes, kollox jixirqilha”.
Fuq il-mezzi soċjali, mal-ewwel dehriet tagħha ma’ Dr Delia, ħafna kienu dawk li kkummentaw dwar l-ilbies tagħha, u għaldaqstant m’hemmx dubju li għajnejn ħafna llejla se jkunu fuqha.
Il-ħatra ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni se ssir illejla fil-5.30pm.
Ritratti: Ian Noel Pace