Home Aħbarijiet Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara inċident b’mutur

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara inċident b’mutur

minuta qari

Żagħżugħ ta’ 28 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kellu inċident bil-mutur li kien qed isuq f’San Ġiljan.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq Borg Olivier għall-ħabta tal-00.15am, xħin is-Serb ħabat mal-bankina u tilef il-kontroll tal-mutur.
Huwa ttieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ġarrab il-ġrieħi msemmija.