Home Lifestyle Mużika Żagħżugħ jirbaħ kompetizzjoni b’kanzunetta Maltija

Żagħżugħ jirbaħ kompetizzjoni b’kanzunetta Maltija

minuta qari

Bradley Debono, żagħżugħ ta’ 15-il sena rebaħ kompetizzjoni lokali ta’ kanzunetti oriġinali Maltin Melodija Maġika.
Bil-kanzunetta Paġna Ġdida, kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Marco Debono, huwa kiseb l-ewwel post.
Huwa ħa sehem ukoll f’kompetizzjoni internazzjonali, il-Baltic Voice fil-Lithuania fejn interpreta l-kanzunetti Un amore cosi' grande u 'You raise me up'. Huwa ġie fit-tieni post.