Home Aħbarijiet Żagħżugħ jittella’ mejjet minn Manoel Island

Żagħżugħ jittella’ mejjet minn Manoel Island

minuta qari

Żagħżugħ ta’ 29 sena ttella’ mejjet mill-baħar fl-inħawi ta’ Manoel Island fil-Gżira.
Kien għall-ħabta tat-8.15am meta l-Pulizija kienet infurmata li ntlemħet persuna f’wiċċ il-baħar. Malli waslu fuq il-post, sabu persuna li kien fuq dingi jipprova jassisti raġel fl-ilma, li kien jidher mitluf minn sensieh.
Iż-żagħżugħ li huwa Serb kien iċċertifikat mejjet fuq l-post.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.