Żewġ magicians Maltin jingħataw l-ogħla prestiġju dinji fil-maġija

minuta qari

Il-magicians Maltin Brian Rolè u Lola Palmer ngħataw il-Premju Merlin, premju għal persuni li jiddilettaw fil-maġija.
Għal din l-okkażjoni se jiġi Malta l-President tas-Soċjetà Internazzjonali tal-Magicians, Tony Hassini, minn New York, sabiex jippreżenta l-premju liż-żewġ Maltin.
Stqarrija maħruġa minn Brian Rolè ntqal li l-Premju Merlin jista’ jitqies fuq l-istess livelli bħalma l-Oscars huma għall-films, l-Emmies għat-televixin, inkella t-Tony għat-teatru.
Spjega li dal-premju jingħata lil dawk il-magicians li waslu f’punt ta’ professjonaliżmu għoli fil-karriera tagħhom, kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali.
Fost il-persuni li fil-passat irċevew dan il-premju m’hemm ħadd ħlief David Copperfield, Siegfried & Roy Penn & Teller, u Criss Angel.
Il-preżentazzjoni se ssir fis-6 ta’ Ġunju l-każino ta’ San Ġiljan, ftit ’l isfel mill-Eden Century Cinemas, fid-9pm.
Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel lil Brian Rolè fuq 99820913, inkella ibgħat imejl fuq info@brianrole.com