Home Lifestyle Żgħażagħ Għawdxin iħeġġu lin-nies jiċċaqalqu

Żgħażagħ Għawdxin iħeġġu lin-nies jiċċaqalqu

minuta qari

Il-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana qed tipprova tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-isport fil-ħajja ta' kuljum billi torganizza sensiela ta’ attivitajiet madwar ir-raħal tal-Fontana f’Għawdex mit-13 sas-16 ta' Settembru.
Fost l-attivitajiet li se jiġu organizzati tul dawn l-erbat ijiem, se jkun hemm diversi kompetizzjonijiet għat-tfal, logħob tradizzjonali, zipline, tiġrijiet, sessjonijiet ta' eżerċizzju b' xejn, wirja tal-istatwi, inkwatri u xogħol fl-artiġjanat Malti, kif ukoll kompetizzjonijiet tal-futbol.
Nhar is-16 ta' Settembru, l-istudenti universitarji tal-Mediċina se jkunu qed joffru eżamijiet mediċi b' xejn lill-parteċipanti. 
Għal aktar informazzjoni tista’ żżur il-paġna uffiċċjali tal-Kummissjoni Zgħazagħ Fontana