Home Aħbarijiet Żvelati l-finalisti tal-Għanja tal-Poplu 2015

Żvelati l-finalisti tal-Għanja tal-Poplu 2015

minuta qari

Ftit tal-ħin ilu għadhom kemm tħabbru il-finalisti li fil-21 ta' Marzu li ġej se jieħdu sehem fid-39 edizzjoni tal-Festival L-Għanja tal-Poplu li bħal kull sena jkun organizzat mill-YTC.
Din is-sena b'kollox ġew sottomessi 105 kanzunetti li minnhom illejla ġew żvelati l-ismijiet tas-16-il kanzunetta finalista.
Il-finalisti huma:
Battibekk (Emil Calleja Bayliss u Paul Attard, Rita Pace)
Bit-Tlikki Tlikki (Clifton Casha, Carmel Dalli)
Ċans Ieħor (Daniel Paul Farrugia, Norbert Borg)
'Charlie' l-Artist (Rita Attard, Andrew Zahra)
Darbtejn Insiru Tfal (Rita Pace, Jeffrey Scicluna)
Dawn l-Għajnejn (Rita Attard, Siobhan Vassallo)
Fejn Marru t-Tfal? (Rita Pace, Renato Briffa)
Ġismi (Mark Pellicano, Matthew Pellicano)
Illum Jien Pensjonant (Alfred C. Sant, Joe George Micallef)
Il-Lupu Li Tarah Hi Biss (Mark Laurence Zammit)
Il-Malti ( Mario Debono)
L-Għawdxija (Augusto Cardinali)
Min Taħseb li Int? (Teddie Zammit)
Niftakarna (Gabriel Cassar)
Pjan (Ingrid Vella, Augusto Cardinali)
Waqt li Qed Nitfi d-Dawl (Mark Cachia)
F'dan l-istadju l-awturi u l-kompożituri ser jikkonfermaw min ser ikanta u min ser jakkumpanja live il-kanzunetti li għaddew għall-finali.