Id-diżinjaturi Maltin Charles & Ron kellhom l-unur li jlibbsu lil Mercedes Mason, l-attriċi popolari li tieħu sehem fis-serje televiżiva Fear The Walking Dead, waqt serata marbuta mal-Emmys, organizzata minn Entertainment Weekly fil-jiem li għaddew.
Il-libsa, flimkien mal-basket, tad-ditta Charles & Ron huma parti mill-kollezzjoni tal-ħarifa ta' din is-sena.
Fuq Facebook, Ron, wieħed mid-diżinjaturi, qal li l-attriċi multinazzjonali, li wkoll qed tistenna tarbija, kienet tidher “sabiħa ħafna”.
Min-naħa tagħha, Mason irringrazzjat lill-istilista tagħha talli libbisha din il-libsa sabiħa u qalet li tħobb ilbiesi bil-bwiet bħalma għamlilha.