Fil-jiem li għaddew Vogue Model Management inkurunat ir-rebbieħa l-ġodda fid-dinja tas-sbuħija.
Federica Nicastro, żeffiena professjonali u Justin Axiak, student tal-Università, ġew mogħtija l-unuri ta’ Miss Intercontinental Malta 2018 u Mister Supernational Malta 2017 rispettivament.
Ir-runners up kienu Malcolm Camilleri fl-ewwel post u Bjorn Camilleri fit-tieni post għal Mister Supranational, filwaqt li Alison Tabone u Elysia Galea ġew fit-tieni post fil-kategorija rispettiva.
Justin Axiak se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Mister Supranational fil-Polonja fi żmien erba' ġimgħat, filwaqt li Federica Nicastro se tivvjaġġa għal Miss Intercontinental is-sena d-dieħla.