Il-Pulizija qed iżżomm arrestat raġel ta’ 37 sena li allegatament attakka b’arma li taqta’ u bil-ponta żagħżugħ ta’ 26 sena f’Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ qabel it-3am, xħin il-Pulizija ntalbet tmur fi Triq ir-Rebbiegħa.
Iż-żagħżugħ joqgħid Ħal Għaxaq stess, iżda ma ngħatatx informazzjoni dwar fejn joqgħod is-suspettat.
Il-vittma ttieħed Mater Dei għall-ewwel kura, iżda aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fetħet inkjesta maġisterjali.