L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA approvat it-tneħħija tal-asbestos minn 30 sit differenti fl-2016.
Din l-informazzjoni ġiet ippubblikata mill-Ministru Helena Dalli fil-Parlament fejn qalet li jittieħdu diversi prekawzjonijiet biex jitneħħa dan il-materjal perikoluż.
Spjegat li l-Awtorità rċeviet 30 notifika li kien se jitneħħa l­-asbestos f’siti differenti u dawn ġew approvati kollha wara li kienet eżaminata d­-dokumentazzjoni sottomessa.
Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Robert Abela, il-Ministru Dalli qalet li l­-OHSA ħadmet biex tikkonsolida l-linji gwida f’dokument wieħed, li jkun jinkludi wkoll l-­iktar informazzjoni teknika riċenti u aġġornata biex ikun iffaċilitat il-­proċess ta’ osservanza tar­-regolamenti.
Xi jsir qabel ma jinħareġ permess għat-tneħħija tal-asbestos?
Fost l-affarijiet li tiċċekkja, l-OHSA tassigura li l-applikant jippreżenta:

  • pjan tax­-xogħol dwar kif ikun se jitneħħa l­-asbestos
  • miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni għall-­ħaddiema
  • taħriġ li jkunu rċevew il­-ħaddiema
  • rapporti ta’ eżamijiet ta’ sorveljanza medika.

Apparti l-­iskrutinju tad­-dokumenti li tirċievi l­-OHSA, l­-Uffiċjali għas­-Saħħa u s-­Sigurtà jispezzjonaw il-­proġetti ta’ tneħħija tal­-asbestos meta jkun inħareġ permess biex isir ix-­xogħol.