F’Malta hawn 27,238 barrani rreġistrati bħala residenti. 65% minnhom ġejjin minn 10 pajjiżi differenti, bl-ogħla nazzjonalitajiet ikunu Libjani, Serbi u Filippini.
L-10 pajjiżi bl-ogħla numru ta’ residenti f’Malta huma:

  1. Il-Libja – 3,622
  2. Is-Serbja – 2,757
  3. Il-Filippini – 2,407
  4. Ir-Russja – 2,027
  5. Is-Somalja – 1,845
  6. Is-Sirja – 1,289
  7. Iċ-Ċina – 1,090
  8. L-Eritrea – 1,057
  9. L-Ukraina – 896
  10. L-Indja – 819

Il-lista ma tinkludix residenti f’Malta ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea minħabba li skont il-liġijiet Ewropej, ċittadini Ewropej jistgħu jgħixu fi stat membru ieħor jekk dawn jidentifikaw li huma stabbli finanzjarjament jew qegħdin impjegati fl-istat fejn jgħixu.
Din l-informazzjoni ingħatat mill-Prim Ministru fil-Parlament għall-mistoqsija tad-deputat Godfrey Farrugia.
Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li ħames ċittadini mill-Korea ta’ Fuq li fl-2016 kellhom permess ta’ residenza, telqu minn Malta matul is-sena l-oħra, wara li l-permess tagħhom ma ġġeddidx.
Waqt it-tnedija tal-Istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni għall-Integrazzjoni tal-Migranti, il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli kienet saħqet li f’Malta hawn bżonn iktar ħaddiema barranin, biex il-pajjiż jibqa’ kompetittiv.
Tista’ tara l-lista sħiħa skont il-pajjiż hawnhekk: