Fil-bidu tal-programm Follow Up fuq RTK 103FM, se nitkellmu dwar speċi ġdida fil-baħar Malti – minn fejn ġiet din il-ħuta? Dawk li jixtru ħut eżotiku u jarmuh fil-baħar xi ħsara jkunu qed jagħmlu?
Niddiskutu dan mal-Profs. Alan Deidun. Imbagħad, ma’ Dr Charmaine Gauci, is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika nitkellmu dwar il-mard tax-xitwa u nistaqsu: l-influwenza staġjonali ta' din is-sena se tkun iktar qalila minn tal-passat? Qed tissemma l-Aussie Flu u li ħalliet il-vittmi madwar l-Ewropa. Din waslet Malta? Nitkellmu wkoll dwar il-fatt li irduppjaw il-każi ta' influwenza u tiżdied il-pressjoni fuq il-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei. B'kemm żdiedu l-pazjenti fl-Emerġenza fl-ewwel erbat ijiem tas-sena l-ġdida? Fuq dan nitkellmu ma' Ivan Falzon, il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei.
Fl-aħħar nett, naqilbu s-suġġett kompletament u niddiskutu dwar kif se niktbu kliem bil-Malti li huma mislufin mill-Ingliż mall-Professur Joe Friggieri – President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
Segwi l-programm hawn: