Tfajla ta’ 27 sena li mietet b’kanċer fl-għadam, kitbet ittra dwar il-vjaġġ tagħha li wassalha għall-mewt il-ġimgħa li għaddiet, liema ittra ġiet ippubblikatha wara mewtha mill-ġenituri tagħha.
Holly Butcher qalet li huwa sentiment stramb li tirrealizza u taċċetta l-mortalità tiegħek ta’ 26 sena.
“Hi waħda minn dawk l-affarijiet li tinjora. Ġurnata wara oħra, sakemm jiġri dak li ma tkunx qed tistenna”, tibda l-ittra.
Holly tfakkar kif dejjem immaġinat lilha nnifisha tixjieħ, titkemmex u xagħarha jibjad, “probabbli kkawżat bil-ħafna tfal u l-familja li ppjanajt li jkolli mal-imħabba ta’ ħajti.
“Issa għandi 27 sena, ma rridx nitlaq, ħajti nħobbha. Jien kuntenta, grazzi għal dawk li nħobb. Imma ma fadalli l-ebda kontroll”.
Appellat lil kulħadd biex jieqaf jinkwieta ħafna fuq affarijiet żgħar u jistressja ruħu għal xejn. Ħeġġet biex f’dawn il-mumenti niftakru f’dawk li verament qed jaffaċċjaw problema.
Holly fakkret kif ħafna jħossuhom imdejqin għax

  • Inqabdu fit-traffiku
  • Kellhom lejl ħażin għax it-tarbija ma ħallithomx jorqdu
  • Il-hairdresser qatgħetilha xagħarha qasir ħafna
  • Tqaċċtilha wieħed mid-dwiefer foloz
  • Għandha ċ-ċellolite u żaqqha mpaħpħa

It-tfajla f’xifer il-mewt tgħidilna: “Insew dan kollu għax meta jkun wasal iż-żmien li tħalli din id-dinja mhux se taħseb fuq dawn l-affarijiet”.
Esprimiet ix-xewqa tagħha li terġa’ tagħlaq għeluq sninha jew tqatta’ Milied ieħor mal-familja, jew ġurnata żejda oħra mas-sieħeb tagħha u l-kelb.
Ma tistax ma jdemmgħux għajnejk meta taqra l-pariri ta’ Holly:

  • Xi kultant qum kmieni u isma’ l-għasafar fi tlugħ ix-xemx
  • Isma’ l-mużika. Il-mużika hi terapija.
  • Għannaq lill-kelb.
  • Kellem lil sħabek. Neħħi l-mowbajl minn idejk.
  • Jekk tħobb issiefer, għamilha!
  • Aħdem biex tgħix, tgħixx biex taħdem.
  • Agħmel dak li jagħmlek kuntenta
  • Kul il-kejk, mingħajr ma tħoss li għamilt xi ħaġa ħażina.
  • Jekk xi ħaġa qed iddejqek, f’idejk biex tibdilha.
  • Jekk tista’… agħti d-demm. Bis-saħħa tad-donazzjonijiet tad-demm, għext sena iktar.

Aqra l-ittra sħiħa hawn: