Miet l-ispiżjar Joe Camilleri ta’ 86 sena, li għal snin twal serva fil-Partit Laburista u fil-Gvern, b’mod partikolari fi rwoli fdati lilu mill-eks Prim Ministru Dom Mintoff.  
Ftit ġimgħat ilu, Joe Camilleri kien onorat f’Jum ir-Repubblika.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li bejn l-1957 u l-1964 Camilleri kien President tal-Labour League of Youth u fl-istess żmien serva bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista.
Il-PL jgħid ukoll li kif kellu ċans jirrakkonta kemm-il darba “daq l-imrar tal-Interdett u tas-snin imqallba tal-ġlieda politika reliġjuża”.
Minbarra Segretarju Privat tal-eks Prim Ministru Mintoff u Segretarju għall-Kabinett, Camilleri serva wkoll f’għadd ta’ karigi pubbliċi fejn kien ta’ servizz għall-pajjiż.
Ritratt: DOI – Jason Borg